Malta minn tal-ewwel ... Illejla il-Parlament għadda l-liġi tal-kannabis

Minkejja l-kritika qawwija li ġiet min-numru ta' NGOs, għaqdiet tal-infermiera, il-Knisja u oħrajn ... illejla mistennija tgħaddi l-liġi tal-kannabis

Malta saret l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li illegalizza l-kultivazzjoni u l-konsum tal-marijuana għall-użu rikreattiv, f’abbozz ta’ liġi li jgħaddi quddiem il-Parlament illejla u li huwa mistenni li jiddaħħal fis-seħħ sal-aħħar tal-ġimgħa.

Il-gżira tagħna se qabżet lil-Lussemburgu, li approva iżda għadu ma implimentax leġiżlazzjoni biex jillegalizza l-pjanti tal-kannabis li qed jikbru. Qabżet ukoll lill-Ġermanja, fejn Gvern ġdid wiegħed li jillegalizza l-konsum tal-marijuana fil-ħwienet liċenzjati, simili ta' dak li qiegħed iseħħ fl-Olanda. 

Tajjeb li nfakkru li l-kannabis fl-Olanda hija illegali, iżda hija dekriminalizzata għall-użu personali. Il-konsum rikreattiv tad-droga huwa tollerat, u huwa disponibbli fil-cafeterias.

Kronoloġija ta' dak li seħħ sa issa

Il-gazzetta ILLUM ilha tirraporta fuq is-sitwazzjoni tal-kannabis mill-bidu tas-sena. Dan jeħodna lura għal-1 ta’ Marzu, meta l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-kabinett ġiet ippreżentata l-White Paper dwar id-dikriminalizzazzjoni sħiħa tal-pussess tal-kannabis għall-użu personali.

Il-pass li kien imiss hu li l-Gvern iressaq dan l-abbozz għall-konsultazzjoni biex eventwalment jitressaq ukoll għall-approvazzjoni tal-Parlament. Dan seħħ f'Novembru li għadda. Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici, fis-16 ta' Novembru, kien saħaq li issa wasal iż-żmien li bħala pajjiż nieqfu nirrikriminalizzaw gruppi fis-soċjetà li jagħmlu użu mill-kannabis u nagħtuhom id-dinjità. Dan qalu waqt is-sessjoni plenarja bħala parti mid-diskussjoni tat-tieni qari tal-liġi tal-kannabis. 

Fl-istess sessjoni, huwa kien għamel ukoll distinzjoni bejn tliet termini; depenalizzazzjoni, dekriminalizzazjoni u legalizzazzjoni. Bonnici spjega li d-depenalizzazjoni tfisser li l-użu tal-kannabis jitiqes bħala reat u minflok ikollok piena kriminali fosthom sentenza l-ħabs ikollok piena amministrativa, bħalma hi multa.

Fl-1 ta' Diċembru seħħet l-aħħar fażi fejn il-liġi tal-Kannabis ġiet diskussa fil-Kumitat tal-abbozzi. Dakinhar l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħarġet b'qawwa kontra din il-liġi.

Aqra aktar artikli tal-ILLUM dwar il-Kannabis hawn:

Il-kannabis: il-liġi preżenti, il-famuża White Paper u l-opinjonijiet

‘Wieħed minn kull sitt adolexxenti li jużaw l-kannabis jispiċċa dipendenti fuqha’

Intervista | 'Għax hemm żgħażagħ qed jieħdu l-kannabis, ma jfissirx li għandna ninnormalizzawha'

‘Użu personali tal-kannabis b’mod regolarizzat se jnaqqas it-traffikar ta’ droga’ - Owen Bonniċi

'Tiffirmax il-liġi tal-kannabis' - L-infermiera jappellaw lill-President

More in Politika