Prim Ministru mhux se jġiegħel lil Caruana tirriżenja għalissa

Abela żied jgħid li qed jipproċedi b’mod differenti ma’ Caruana, ikkumprat ma' kif issospenda lill-eks-segretarja parlamentari Rosianne Cutajar 

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jkun qed jistenna il-verdett finali tal-Kumitat Parlamentari tal-Istandards qabel jiddeċiedi dwar x'se jiġri mill-Ministru Justyne Caruana li nstabet ħatja illi kisret l-etika meta tat kuntratt lil Daniel Bogdanovic - is-sieħeb tagħha - .

Dan seħħ fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Istandards sabiex jippubblika r-rapport ta' Hyzler dwar il-Ministru Justyne Caruana.

Intant huwa qal ukoll li mhux qiegħed jikkunsidra lanqas miżuri temporanji fil-konfront ta' din is-sitwazzjoni, għax ir-rapport tal-Istandards “mhux konklussiv”. Dan ifisser li ladarba l-proċess kollu jiġi konkluż biss ikun qed jikkunsidra li jieħu aktar passi.

Abela żied jgħid li qed jipproċedi b’mod differenti ma’ Caruana, milli mill-każ ta' Rosianne Cutajar, għax fil-każ ta' Cutajar hemm imdaħħal Yorgen Fenech. Aktar kmieni din is-sena ssospenda lill-eks-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar fuq ksur ieħor tal-etika wara rapport tal-Kummisarju Hyzler ukoll.

Id-Deputat Rosianne Cutajar kienet ġiet mċanfra mill-Parlament, fuq akkużi ta' ksur ta' etika wara akkużi li hija daħlet madwar €9,000 f'senserija minn bejgħ ta' proprjetà fl-Imdina lil Yorgen Fenech, liema flus ma ddikjaratx fid-dħul tagħha u fid-dikjarazzjoni tal-assi. 

More in Politika