L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qed tikkundanna “bla riservi” dak li qed issejjaħlu bħala l-promozzjoni u r-reklamar tal-kannabis “għall-użu responsabbli” minn ministri tal-Gvern.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lit-tobba Maltin saħqet li hemm xejn inqas minn 124 studju mediku li juri li l-użu responsabbli tal-kannabis ma jeżistix u l-kannabis hija “droga perikoluża” li tista’ twassal għal vizzju u li għandha konsegwenzi serji fuq is-saħħa mentali ta’ min jikkunsmaha.
It-tobba insistew li hekk kif ir-reklamar ta’ sigaretti u alkoħol huwa illegali f’ħafna ċirkostanzi, huwa inaċċettabbli li l-politiċi jippromwovu l-użu tal-kannabis. Saħqu li din taf tikkawża ħsara lill-bniedem, partikolarment liż-żgħażagħ.
Il-MAM ippubblikat l-aħħar studji li jiġbor fih diversi riċerki oħra li saru dwar l-użu tal-kannabis.
L-istudji jista’ jkun aċċessat hawn.