L-iskejjel mistennija jiftħu b'mod normali wara l-vaganzi

Il-Ministru Chris Fearne fakkar li l-edukaturi issa huma mlaqqma bil-booster u għaddej it-tilqim fost it-tfal ukoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li wara l-vaganzi, l-iskejjel se jkunu qed jinfetħu b'mod normali.

Huwa qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar li Malta sabet l-ewwel żewġ każi tal-varjant Omicron u anke miżuri ġodda biex il-każi jkunu kkontrollati.

Fearne fakkar li l-edukaturi mhux biss huma mlaqqma biż-żewġ dożi iżda issa ħadu wkoll il-booster tal-vaċċin.

Apparti minn hekk, bħalissa għaddej it-tilqim fost it-tfal kollha li għandhom bejn ħamsa u 11-il sena. Dan ikomplu jnaqqas ir-riskju ta' infezzjonijiet fost l-istudenti.

Propju għalhekk, li Fearne ġaladarba issa hemm il-vaċċin u l-booster, ma hemmx indikazzjoni li l-iskejjel għandhom jagħlqu kif ġara drabi oħra.

More in Politika