Wara diskussjonijiet li seħħew matul dawn l-aħħar sigħat fid-dawl tal-iżviluppi u s-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, ħabbaret li qed tħassar l-avveniment pjanat ta’ lejliet l-ewwel tas-sena.
Dan l-avveniment kellu jsir fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta bħala parti mill-programm Christmas in the City.
Minflok l-ispettaklu li kien ippjanat se jkun qiegħed isir fil-forma ta’ produzzjoni għat-televiżjoni minn ġewwa Forti Sant’Iermu skont dak li jippermettu l-protokolli.
Din se tkun qed tixxandar live fuq TVM, ONE u NET TV, biex l-ispettaklu jitgawda mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Aqra wkoll: