Yorgen Fenech fi kwarantina; Il-Każ Kostituzzjonali pospost

Fenech kellu jitla' biex jassisti għall-appell li fetaħ l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat kontra deċiżjoni tal-Imħallef Lawrence Mintoff, li akkuża lill-istess uffiċċju bi tfixkil tal-ħidma tal-QortI

 

Yorgen Fenech, li qed ikun akkużat bħala l-mandant tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jinsab fi kwarantina.

Dan sar magħruf illum fil-Qorti hekk kif Fenech kellu jitla' biex jassisti għall-appell li fetaħ l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat kontra deċiżjoni tal-Imħallef Lawrence Mintoff, li akkuża lill-istess uffiċċju bi tfixkil tal-ħidma tal-Qorti.

Id-deċiżjoni kienet ingħatat bħala parti mill-Każ Kostituzzjonali li Yorgen Fenech kien fetaħ fejn qed jitlob biex id-Difiża tingħata aċċess għall-informazzjoni miġbura mill-mowbajl ta' Keith Schembri, l-eks Chief of Staff.

Madanakollu, hekk kif l-appell kellu jinstema' dalgħodu, il-Qorti kienet infurmata li Fenech ġie f'kuntatt ma' persuna pożittiva għall-Covid-19 fil-ħabs.

Is-smigħ issa ġie pospost għall-21 ta' Jannar.

 

More in Politika