Filwaqt li lbieraħ Adrian Delia kompla jiġġieled il-kawża tiegħu kontra Lovin Malta fil-Qorti, Therese Comodini Cachia kkritikat kif Delia eżamina lill-editur tal-istess ġurnal hu stess.
Il-kontinwazzjoni tal-kawża ta’ libell li Delia ressaq kontra l-portal tal-aħbarijiet Lovin Malta, kompla ilbieraħ, bl-eks Kap tal-Oppożizzjoni jiftaħ kawża dwar artiklu min-naħa ta' Lovin Malta li jallega li huwa tkellem ma' Yorgen Fenech waqt dibattitu parlamentari dwar 17 Black.
Delia iddefenda l-każ tiegħu stess peress li l-avukat tiegħu ma setax jmur għas-seduta u staqsa hu stess il-mistoqsijiet lill-Editur ta’ Lovin Malta, Julian Bonnici.
Intant, Comidini Cachia sabet din il-manuvra bħala waħda surreali u għalkemm Delia seta' jagħmel li għamel, xorta skont Comodini Cachia il-manuvra ma kelliex isir.
Tajjeb li nfakkru li Comodini Cachia kienet il-moħħ wara l-liġijiet proposti għall-ħarsien tal-ġurnalisti li jiffurmaw parti mill-Abbozz ta’ Liġi kontra l-mafja mressaq mill-Oppożizzjoni fl-aħħar ġimgħat inkluż liġi kontra kawżi SLAPP. Kien il-PN stess li qal li "jrid protezzjoni kostituzzjonali aktar b’saħħitha għall-ġurnalisti."
Infakkru wkoll li kienet Comodini Cachia li ġabet il-vot ta’ sfiduċja kontra Delia fi ħdan il-grupp parlamentari Nazzjonalista. Dan l-attentat waqa’ fix-xejn meta l-President George Vella ma aċċettax li jinħatar Kap ġdid tal-Oppożizzjoni filwaqt li Delia kien għadu Kap tal-PN.
Eventwalment, grupp ta' deputati Nazzjoanlisti sfurzaw elezzjoni ġdida għat-tmexxija li rat lil Bernard Grech jieħu post Delia. Comodini Cachia kienet uriet interess ukoll li tikkontestaw it-tmexxija iżda warbet biex il-partit jwitti t-triq bla xkiel għar-rebħa għal Beranrd Grech.