Covid-19: Indikazzjoni li l-festi hemm ċans tajjeb li jsiru dan is-sajf

Din il-ġimgħa mistennija laqgħa bejn l-awtoritajiet u l-għaqdiet tal-festi dwar din id-deċiżjoni...

Ilejla fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ta l-aktar indikazzjoni ċara u pożittiva li din is-sena l-festi ser ikunu qed isiru. 

Waqt li kien qed iħabbar rilaxx ta' restrizzjonijiet - fosthom it-tneħħija taċ-ċertifikat tal-vaċċin - Fearne qal li l-prospetti li jsiru l-festi din is-sena b'mod normali huma tajbin u sostna li hemm laqgħat li se jsiru fil-ġranet li ġejjin. Dawn isegwu laqgħa li diġà saret bejn l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u l-Prim Ministru Robert Abela, liema laqgħa kienet deskritta bħala "pożittiva" mill-President tal-għaqda Noel Camilleri. 

Il-festi kellhom jitwaqqfu ħesrem f'Lulju tal-2020, wara żieda qawwija fil-każi tal-Covid-19 matul dak is-sajf. Fl-2021 il-festa tal-irħula u l-ibliet - daqstant popolari mal-poplu Malti - ma sarux, għajr għal xi tiżjin u anke logħob tan-nar tal-ajru. 

More in Politika