Il-kandidat indipendenti, Arnold Cassola qed jagħmel protesta fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u mhux se jiċċaqlaq minn hemm qabel jingħata aċċess għal post fejn jiġu eżaminati l-voti dubjużi.
Fi stqarrija, Cassola saħaq li l-Kummissjoni Elettorali mhux tagħtih aċċess għal din iż-żona u għalhekk se jkun qiegħed jagħmel sit-in protest.
Saħaq li l-kummissjoni se tkun qed teżamina t-talba tiegħu u sadanittant mhux se jiċċaqlaq miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti.
Cassola huwa kandidat fuq l-għaxar u l-ħdax-il distrett.