George Hyzler jinħatar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

George Hyzler kien ilu mill-2018 il-kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika f’Malta

George Hyzler
George Hyzler

llum il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħatar żewġ Membri ġodda, wieħed minn Ċipru u wieħed minn Malta, biex jaqdu mandat ta’ sitt snin fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA). 

George Hyzler, li kien ilu mill-2018 il-kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika f’Malta, inħatar bħala Membru tal-QEA għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2028, u b’hekk se jieħu post Leo Brincat.

Lefteris Christoforou, li ilu mill-2014 Membru tal-Parlament Ewropew iservi bħala membru sħiħ tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, inħatar bħala Membru tal-QEA għall-perjodu mit-2 ta’ Novembru 2022 sal-1 ta’ Novembru 2028, u b’hekk se jieħu post Lazaros Lazarou.

It-Trattat jirrikjedi li l-Membri jaqdu dmirijiethom f’indipendenza sħiħa u fl-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu abbażi ta’ proposti mill-Istati Membri u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

More in Politika