Jonqos biss id-daqqa tal-pinna tal-President... L-abbozz dwar il-Femiċidju approvat fil-Parlament
Abbozz ta’ Liġi dwar il-Femiċidju approvat unanimament fil-Parlament
More in Politika
Abbozz ta’ Liġi dwar il-Femiċidju approvat unanimament fil-Parlament
Abbozz ta’ Liġi li jżid il-femiċidju bħala reat aggravanti mal-Kodiċi Kriminali għadda mill-fażi kollha tal-Parlament wara approvazzjoni unanima fl-istadju tat-Tielet Qari.
Il-Parlament approva l-Abbozz ta’ Liġi illum wara nofsinhar iżda issa jeħtieġ li l-firma tal-President George Vella ssir liġi.
L-Abbozz ta’ Liġi kien diġà tressaq fl-aħħar leġiżlatura qabel ma ġie xolt il-parlament minħabba l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu. Din reġgħet tresqet mill-Ministru għal Ġustizzja Jonathan Attard, li nħatar ministru tal-ġustizzja wara l-elezzjoni.
Organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa kienu ilhom jitolbu referenza speċifika għall-femiċidju fil-Kodiċi Kriminali, xi ħaġa li mmaterjalizzat aktar kmieni din is-sena wara l-qtil ta’ Paulina Demska