Żagħżugħa ta' 27 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet minn fuq e-kick scooter li kienet qed issuq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-3:45am fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Iż-żagħżugħa, li għandha 27 sena u hija Torka residenti Tas-Sliema, tilfet il-kontroll ta’ e-kick scooter li kienet qed issuq u nqalbet.
Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post, il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.