Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed tippropponi - għall-baġit li ġej li - l-overtime kollu jiġi ntaxxat b'rata ta' 15%, filwaqt li qed tipproponi wkoll li jinżamm il-fast ferry bejn il-gżejjer - minkejja diffikultajiet li jidher illi qed jiffaċċja - filwaqt li l-link permanenti (il-mina) tibqa' priorità. Dan minkejja illi diversi għaqdiet u negozji, fosthom diversi operaturi fit-turiżmu li din il-ġimgħa ilmentaw fuq il-fatt li Għawdex qed issir wisq iffullata, traffikuża u li fiha għaddej wisq xogħol ta' kostruzzjoni.
Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed issegwi dik Maltija li nhar is-Sibt għamlet diversi proposti fosthom li ż-żieda tal-COLA ma tingħatax lil dawk li kellhom żieda fil-pagi frott ftehim kollettiv.
Intant il-Mamra Għawdxija pproponiet ukoll li jiddaħħal servizz tal-ajru bejn il-gżejjer u jinbeda proċess għal sptar ġdid f'Għawdex, "li jikkumplimenta l-investiment li sar fil-kampus tal-Queen Mary f’Għawdex."