Matul ix-xahar id-dieħel se jiltaqgħu f'Malta l-Presidenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, liema Presidenti ma għandhomx irwol eżekuttiv.
Il-laqgħa, magħrufa bħala Arraiolos, se ssir nhar is-6 ta’ Ottubru. Ħabbar dan, il-President George Vella waqt konferenza li saret dalgħodu fil-Palazz tal-Gran Mastru.
Din il-laqgħa saret għall-ewwel darba fil-Portugal fl-2003 u din se tkun it-tieni darba li Malta se tospita din il-laqgħa.
Fost oħrajn, se jattendi għal-laqgħa l-President tal-Italja Sergio Mattarella u l-President tal-Islovakkja Zuzana Čaputová.
Id-diskussjoni tkun fuq diversi temi u anke sfidi komuni li l-pajjiżi għandhom komuni. Il-gwerra fl-Ukrajna u anke t-tibdil fil-klima mistennija jkunu fuq nett tal-aġenda.
Il-laqgħa se ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, filwaqt li wara se jsiru laqgħat bilaterali bejn il-President Vella u wħud mill-presidenti fil-Palazz ta’ San Anton.
Is-Sinjura Vella se tkun qed tospita lin-nisa, l-irġiel u l-partners tal-Presidenti li se jkunu f'Malta