Tnax-il President minn madwar l-Unjoni Ewropea jiltaqgħu llum f'Malta

Il-President George Vella qed jilqa' lill-Presidenti tal-Estonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, l-Islovakkja, is-Slovenja u l-Ungerija

Tnax-il President minn madwar l-Unjoni Ewropea qed jiltaqgħu llum f'Malta għas-17-il laqgħa informali ta' dik magħrufa bħala Arraiolos.

Dan il-grupp jgħaqqaf flimkien lill-Presidenti mhux Eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea.

Fil-fatt, il-President George Vella qed jilqa' lill-Presidenti tal-Estonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, l-Islovakkja, is-Slovenja u l-Ungerija.

Flimkien, il-Presidenti mistennija jiddiskutu temi importanti u kurrenti bħall-inflazzjoni u anke l-Gwerra fl-Ukrajna u anke kif flimkien il-pajjiżi li jirrappreżentaw jistgħu jikkoperaw.

More in Politika