Nhar il-Ħadd 23 ta' Ottubru, fit-3:30p.m. Repubblika flimkien ma' Occupy Justice u Manuel Delia se jagħmlu dimostrazzjoni fil-Belt Valletta għall-ġustizzja u għall-bidla.
L-għaqda Repubblika saħqet li f'pajjiżna "hawn klikka ta' persuni li ma jriduniex naslu. Huma imwerwrin mill-ġustizzja. Qed jagħmlu minn kollox biex jirreżistu l-bidla." Madankollu Repubblika saħqet li huma determinati li jaslu u li "r-rebħa ta' Repubblika ilbieraħ fil-Qorti Kostituzzjonali hi waħda storika."
L-NGO żiedet tgħid li, "l-ewwel rivoluzzjoni li jeħtieġ li nagħmlu hi f'moħħna. Jeħtieġ nemmnu li Joseph Muscat u l-kikka tiegħu mhumiex inviċibbli. Aħna kapaċi nirbħulhom u niksbu ġustizzja u bidla. Dawn jinsabu mwerwra mill-ġustizzja."