Albert Buttiġieġ jitfa' n-nomina biex jieħu post Robert Arrigo fil-Parlament
L-Elezzjoni Każwali se ssir nhar il-Ġimgħa 28 ta' Ottubru
More in Politika
L-Elezzjoni Każwali se ssir nhar il-Ġimgħa 28 ta' Ottubru
Albert Buttiġieġ jitfa' n-nomina tiegħu biex jieħu post Robert Arrigo fil-Parlament, hekk kif tħabbret il-mewt tiegħu nhar it-Tlieta 18 t'Ottubru. Il-Kummissjoni Elettorali, fit-tielet jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġiet ippreżentata n-nomina ta' Buttiġieġ, li fil-fatt kien l-unika persuna li tefgħet in-nomina għal dan is-siġġu.
B'hekk nhar il-Ġimgħa 28 ta' Ottubru, mid-9:00a.m. 'il quddiem se ssir elezzjoni każwali fl-għaxar distrett elettorali, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxxar.
. Tajjeb li nfakkru li Buttigieg saħaq li fl-aħħar Kampanja Elettorali tal-2022, li kien kandidat fid-9 u l-10 Distrett, kien imwarrab mill-PN u li qatt ma ngħata ċ-ċans li jmexxi konferenza tal-aħbarjiet jew jipparteċipa f'dibattitu u minħabba dan, ressaq ir-riżenja tiegħu darbtejn iżda qatt ma ġew aċċettati. Apparti minn hekk kandidata oħra, Mary Doris Borg, qalet li se tirriżenja mill-PN hekk kif waqt il-kampanja kanidadti oħra, irċevew aktar prominenza mill-PN.
'Uffiċjal tal-PN wiegħed żviluppatur kbir li se jagħlquli ħalqi'
Xhur ilu Buttigieg allega li uffiċjal tal-PN ltaqa' ma kuntrattur ewlieni b'interess kbir f'San Ġiljan li se jkunu qed "jgħalqulu ħalqu" u dan għax fi kliem Buttigiegi, kien "xewka għalih." Albert Buttigieg preżentament huwa s-Sindku ta' San Ġiljan. Huwa kiteb fuq The Times of Malta u allega li uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista, ltaqa’ ma’ dan il-kuntrattur f’lukanda f’San Ġiljan. Buttigieg mhux jgħid min hu dan l-uffiċjal anke biex ma jikxifx is-sors li tah din l-informazzjoni.
Minkejja dan, il-PN dak iż-żmien qal li ma jistax jinvestiga l-allegazzjonijiet li qed jagħmel Buttigieg, jekk ma jsemmix b'ismu dan l-uffiċjal li hu kien qiegħed jakkuża. Intant is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino qal li tkellem ma' Buttigieg u talbu jagħti aktar dettalji biex il-PN ikun jista' jieħu passi.
L-allegazzjonijiet huma simili għal dawk li għamel l-eks Deputat Jason Azzopardi li allega li l-Kap Bernard Grech attenda laqgħa ma’ għadd ta’ negozjanti u wieħed minnhom qallu li mhux se jagħti donazzjonijiet lill-PN sakemm Azzopardi jkun għadu jimmilta fih.