L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ippubblika l-procès-verbal dwar l-Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Inkwirenti Dr Marse-Ann Farrugia dwar il-mewt ta' Jean Paul Sofia, li seħħ nhar it-3 ta’ Diċembru 2022, f'Kordin. Sofia ttella' mejjet mis-sit ta' Kostruzzjoni wara operazzjoni delikata li damet għaddejja sigħat twal. Fl-istess inċident weġġgħu ħames ħaddiema oħra bi tlieta minnhom li bdew jissieltu għal ħajjithom.
Fi stqarrija mill-Uffiċċju, intqal illi, "il-Prim Ministru qed iżomm mal-impenn li ta pubblikament, li ladarba tasal għandu din l-inkjesta tkun ippubblikata f'att ta' trasparenza. L-istess impenn ta' trasparenza se jkun rifless ukoll fil-proċeduri marbuta mal-inkjesta amministrattiva hekk kif il-Gvern hu impenjat li tkun magħrufa l-verità kollha."
Ara: Inkjesta Sofia: Il-ħaddiema qatt ma raw lil perit fuq is-sit u kienet tagħti struzzjonijiet fuq WhatsApp