L-AirMalta mistennija tgħalaq il-bibien tagħha u minflokha l-Gvern mistenni jħabbar il-kumpanija tal-linja tal-ajru ġdida ta' pajjiżna Km Malta Airlines plc.
Sorsi viċin il-linja tal-ajru qalu li 8 ajruplani se jintużaw fil-flotta imma ser ikun hemm iktar titjiriet u passiġieri. L-għan hu li l-business plan se iħallu profitti bi tnaqqis ta’ miljuni fl-imfieq. It-375 impjegat se jinżammu. Is-sorsi qalu ukoll li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-UE kienu iktar pożittivi.
It-tranżizzjoni għanda tkun waħda bla ntoppi għal-passiġiera, mingħajt tibdil fit-titjiriet jew fl-ammont ta’ ajruplani. Barra minn hekk mistenni jsir tibdil fid-diżinn tal-ajruplani u fil-programm tal-frequent flyer.
Iċ-chairman tal-Air Malta David Curmi qal li l-Kummisjoni Ewropeja preferiet li Malta taddotta l-mudell li użat l-Italja, li laħqet ftehim ma’ Brussell biex tagħlaq il-kumpanija Alitalia u tiftaħ linja tal-ajru nazzjonali ġdida li sejħilha ITA.
Id-diskussjonijiet mat-trade unions qed joqorbu lejn l-aħħar, b’sorsi jgħidu li hemm rispons pożittiv dwar it-triq 'il quddiem, għalkemm id-dettalji għadhom abbozzati.
L-għaqda tal-bdoti kellha laqgħa mal-gvern lejn l-aħħar ta’ Awwissu fejn ġew spjegati l-kundizzjonijiet il-ġodda tax-xogħol.
Il-linja tal-ajru kienet qed issofri telf li sar agħar meta l-pandemija waqqfet il-biċċa l-kbira tal-ivvjaġġar bl-ajru. Fl-2021, Caruana kien qal li il-linja nazzjonali tal-ajru kienet qed tagħmel telf ta’ aktar minn €170,000 kuljum biex topera l-ajruplani.