Summit Internazzjonali f'Malta fuq il-paċi fl-Ukrjajna

Il-laqgħa mistennija tkompli tiddiskuti l-possibilitajiet ta’ paċi fil-gwerra tal-Ukrajna u r-Russja

Kap tal-Uffiċċju tal-President Andriy Yermak
Kap tal-Uffiċċju tal-President Andriy Yermak

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u TradeMalta se jospitaw t-tielet laqgħa internazzjonali tal-konsulenti tas-sigurtà nazzjonali dwar il-paċi fl-Ukrajna.

 

Is-summit huwa skedat li jsir iktar tard illum u għada 29 ta’ Ottubru, dan bħala parti mill-impenn kontinwu ta’ Malta għall-paċi, ir-rispett għal-liġi internazzjonali, u l-multilateraliżmu effettiv fl-indirizzar tal-isfidi globali.

 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg enfasizza l-pożizzjoni ta’ prinċipju ta’ Malta f’diversi fora multilaterali u l-għoti tagħha ta’ għajnuna u assistenza umanitarja għall-kawża Ukrena. Huwa esprima li l-ospitar tat-taħditiet dwar il-Peace Formula Initiative jirrappreżenta turija konkreta ta’ appoġġ, bil-għan li l-kawża Ukrajna tibqa’ fuq quddiem fl-aġenda internazzjonali.

 

It-taħditiet li ġejjin f'Malta se jkunu bbażati fuq ix-xogħol produttiv li sar matul il-laqgħat preċedenti f'Kopenhagen f'Ġunju 2023 u f'Jeddah f'Awwissu 2023. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ baqa’ impenjat għal komunikazzjoni diplomatika b'appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna biex tikseb il-paċi fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment, filwaqt li esprima t-tama li dawn it-taħditiet ikomplu jżidu l-momentum.

 

Il-komunità internazzjonali kienet impenjata b'mod attiv f'diskussjonijiet dwar il-formula tal-paċi tal-Ukrajna. F’Awwissu, uffiċjali ta’ grad għoli minn 40 pajjiż inġabru fis-summit f’Jeddah, l-Arabja Sawdija, fejn il-parteċipanti laħqu kunsens biex tiġi ppreservata l-integrità territorjali tal-Ukrajna. 

 

L-ewwel laqgħa tal-konsulenti politiċi saret fid-Danimarka f'Ġunju. Dawn l-isforzi jallinjaw mal-viżjoni tal-President Zelenskyy li jorganizza summit globali għall-paċi fl-aħħar tas-sena bil-parteċipazzjoni ta’ kemm jista’ jkun stati biex jiksbu appoġġ għall-“formula tal-paċi” tal-Ukrajna. Id-dokument li ġej għandu l-għan li jibda negozjati ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna favur Kyiv.

 

Hekk kif Malta qed tħejji biex tospita r-rawnd ta’ taħditiet li jmiss, il-komunità internazzjonali tkompli taħdem flimkien biex tappoġġja l-aspirazzjonijiet tal-Ukrajna għal riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitt li għaddej. Il-ġabra f’Malta tirrappreżenta pass ieħor ‘il quddiem f’dan l-isforz diplomatiku kruċjali.

More in Politika