L-2023 tirreġistra l-ogħla żieda f’liċenzji tas-sewqan revokati
Medja ta’ 1,307 liċenzji ġew revokati bejn l-2018 u l-2023
More in Politika
Medja ta’ 1,307 liċenzji ġew revokati bejn l-2018 u l-2023
L-2023 kienet l-aktar sena li rreġistrat sewwieqa, kemm b’liċenzji fuq probation u liċenzji revokati, kif ukoll dawk li qalgħu t-tieni revoka.
Jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM, Transport Malta qalet li bejn l-2018 u l-2023, medja ta’ 242 liċenzja huma projbitil, filwaqt li 1,307 liċenzji jiġi revokati għal ewwel darba u medja ta’ 286 liċenzja jiġu revokati għat-tieni darba.
L-2023 rat żieda notevoli fir-revokazzjoni tal-liċenzji. Rigward liċenzji tas-sewqan probational, total ta’ 371 persuna kellha l-liċenzja li tqiegħdet taħt probation. Dan filwaqt li l-liċenzji tas-sewqan revokati wkoll esperjenzaw żieda notevoli fl-2023, tant li laħqu total ta’ 1,727. Finalment, fl-2023, 463 sewwieq inħarġitilhom it-tieni revoka. Dan juri li numru konsiderevoli ta’ sewwieqa qed jaffaċċjaw azzjonijiet dixxiplinarji wara li jerġgħu jiksbu l-liċenzji tagħhom.
Analiżi komprensiva tad-data mill-2018 sal-2023 tiżvela xejra ta’ tkabbir konsistenti fil-liċenzji tas-sewqan probational u sħaħ. Dan jista’ jiġi attribwit, kemm għaż-żieda li kulma tmur qed tikber ta’ sewwieqa fit-toroq, kif ukoll għaż-żieda fil-preżenza ta’ uffiċjali ta’ TM fit-toroq Maltin.