Joseph Muscat jirtira kawża fejn kien saħaq li sofra minn ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu b’relazzjoni mal-inkjesta ta’ Vitals u Steward.
Nhar it-Tnejn, il-Maġistrat Justice Doreen Clarke osservat li l-attur, kmieni filgħodu, ċeda l-kawża.
In-nota li ppreżenta kien fiha informazzjoni għad-deċiżjoni ta’ Muscat għaliex għażel li jirtira l-kawża, iżda permezz ta’ post fuq Facebook kiteb li dan għamlu “fuq parir tal-avukati tiegħi”.
“Ħtiegli li l-ewwel inwaqqa dik preżenti u fil-kawża ġdida li ftaħt kontra l-Avukat tal-Istat u l-Avukat Ġenerali ninkludi fit-talbiet dak li kont qed kontinwament ninżamm milli nippreżenta.”
Muscat irrefera wkoll għall-Maġistrat li sfat investigata u kompliet taħdem fuq il-kawża: “Imma l-Maġistrat Gabriella Vella, li ma rrikużatx ruħha wara diskors partiġjan li missierha u ħuha għamlu fil-konfront tiegħi u l-konċessjoni tal-Isptarijiet, xorta waħda għazlet li tinvolvini u tibgħatli l-pulizija d-dar.”
Hu saħaq li kien twaqqad milli jippreżenta document li “jikxef il-verità, Però tar-Reppublika ma jridux jippreżentawh għaliex qed jibżgħu li toħrog fid-deher il-logħba maħmuġa li għaddejja li ma hi xejn ħlief fishing expedition biex wara 5 snin sħaħ għadha tipprova ssib xi ħaġa ma xhiex tqabbad.”
Huwa kompla jgħid li “nemmen li s-saltna tad-dritt hija hemm għal kulħadd, jien ħtiegli li niftaħ kawża ġdida biex ngħid li anke dan in-nuqqas li jien nippreżenta l-aħjar prova mill-Inkjesta Maġisterjali jikser id-drittijiet fundamentali.”
Muscat kompla jinsisti li m’għandu xejn x’jaħbi u li minn dejjem ħallas taxi għax-xogħol li għamel. Huwa kiteb li qatt ma prova jaħrab u lanqas għandu dik l-intenzjoni “biex il-provi kollha dwar dan il-frame up politiku jkunu hemm fid-deher u aċċesibli għal kulħadd
Min għandu x’jaħbi jagħmel mod ieħor.”
James D’Agostino għall-Avukat tal-Istat, filwaqt li l-avukati Charlon Gouder u Vince Muscat dehru għal Muscat.