Iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa uffiċjalment mingħajr immigranti, is-sindku tal-Marsa jħabbar
Jitkellem fuq il-programm Xtra, is-sindku tal-Marsa Josef Azzopardi qal li l-Kunsill qiegħed jesplora
More in Politika
Jitkellem fuq il-programm Xtra, is-sindku tal-Marsa Josef Azzopardi qal li l-Kunsill qiegħed jesplora
Iċ-ċentru tal-immigranti fil-Marsa huwa uffiċċjalment vojt, ħabbar is-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi.
“Illum, f’dan il-programm, nista’ nħabbar illi ċ-ċentru tal-immigranti fil-Marsa m’għandhux iktar immigranti,” is-Sindku qal it-Tnejn filgħaxija fuq TVM.
Jitkellem fuq il-programm Xtra, huwa semma li waħda mill-ikbar problemi tar-residenti tal-Marsa kienet li ċ-ċentru msemmi kien dejjem mifqugħ bin-nies.
Spjega li suppost kellu jakkomoda 500 resident, iżda ċ-ċentru kien issib ruħu dejjem mifqugħ.
Fl-2017, kien irraportat mill-midja illi ċ-ċentru se jingħalaq, bir-residenti fih jitmexxew għaċ-ċentru ta’ Ħal Far.
Minkejja l-inkweit tar-resident fuq sigurtà u t-tħassib ta’ anke villaġġi ġirien, iċ-ċentru baqa’ għaddejj.
Kienu bosta sindki li talbu l-Gvern jieħu azzjoni, speċjalment wara l-wegħda elettorali tal-istess Gvern Laburista fl-elezzjonijiet ta’ qabel.
AQRA IKTAR: Is-Sindku jxejjen l-impressjoni; ‘Is-sitwazzjoni fil-Marsa hija taħt kontroll’
Fl-2020, 20 immigrant ġie arrestat wara li nar ħakem iċ-ċentru. Numru ta’ persuni ttieħdu l-isptar iżda ħadd ma kien f’qagħda gravi.
Wara l-inċident, il-Kunsill kien ġie mfakkar mir-residenti mill-wegħdiet ta’ qabel, u għat-tieni elezzjoni l-Gvern wiegħed għal darba oħra li ċ-ċentru se jingħalaq.
Kien issa, fl-2023, li ċ-ċentru tbattal kollu, tant li l-Kunsill f’Novembru li għadda ħa numru ta’ persuni fih, għal kors tal-bini tal-presepji għal żmien il-Milied.
Azzopardi fuq Xtra, żied jgħid illi l-Kunsill issa qed jesplora pjanijiet biex l-ispazzju taċ-ċentru jingħata lill-pubbliku, u lill-kommunità.