Bernard Grech jitlob l-AĠ u l-Kummissarju tal-Pulizija jaġixxu minnufih

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech talab lill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jaġixxu minnufih u mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd

Ritratt meħud minn NET TV
Ritratt meħud minn NET TV

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech talab lill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jaġixxu minnufih u mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.

Jindirizza lin-nazzjon fuq NET TV, Grech qal li l-Prim Ministru Robert Abela qed iwettaq terroriżmu hu stess fil-konfront tal-qrati.Grech qal li l-poplu ħaqqu, għandu d-dritt għar-ritorn tal-€400 miljun illi Vitals u Steward “ħadu.”

Filwaqt li fakkar f’diskors tal-gvern snin ilu, fejn qal li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu, u wissa lil amministrazzjoni ta’ Abela biex tħalli l-qrati jagħmlu dak li għandhom jagħmlu.

Rigward il-kummenti preċedenti tal-Prim Ministru, Grech qal li mhux aċċettabli li Abela, li għandu l-obbligu jipproteġi l-ġudikatura, jattakka u jhedded l-istutizzjonijiet.

Fakkar li bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista, il-Qorti li diġà waqfet il-ftehim għat-tmexxija tat-tliet sptarijiet.

Iżda l-istess qorti issa “għaddejja minn taħt assedju” biex jibqa’ mistur dak kollu li seħħ u minn min sar.

Temm jgħid l-ġustizzja trid issir, mingħajr tkaxkir ta’ saqajn.

“Il-ġustizzja trid tidher issir u mhux fil-moħbi. Trid isir kemm jekk inti PM kemm jekk inti EKS PM kif ukoll jekk int ċittadin privat. Il-ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd, għalhekk it-twissija hija ċara. Ħallu l-istuzzjonijiet jaħdmu.”

AQRA UKOLL:

Muscat jgħid li xi wħud mill-istituzzjonijiet 'qed jaħdmu kontra l-Laburisti'

Repubblika titlob il-publikazzjoni sħiħa tal-inkjesta Vitals

Abela jħabbar il-ħruġ ta’ sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta li jnaqqas il-burokrazija żejda

L-inkjesta tal-Vitals tingħalaq, b'78 kaxxa ta' evidenza f'idejn l-AĠ

More in Politika