Koalizzjoni ta' 17-il NGO jħabbru demostrazzjoni nazzjonali għal Ħamis li ġej

Koalizzjoni ta’ 17-il organizzazzjoni ċivili, inkluż Repubblika, Moviment Graffitti, UHM u l-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ, iħabbru demostrazzjoni nazzjonali l-Ħamis li ġej, sforz l-aħħar andamenti fl-inkjesta Vitals

Jindirizza l-ġurnalisti quddiem il-Qorti t-Tlieta filgħodu, l-eks President ta’ Repubblika Robert Aquilina qal li t-tema magħżula hija “Ningħaqdu għal Malta Nadifa.” (Ritratt: Repubblika)
Jindirizza l-ġurnalisti quddiem il-Qorti t-Tlieta filgħodu, l-eks President ta’ Repubblika Robert Aquilina qal li t-tema magħżula hija “Ningħaqdu għal Malta Nadifa.” (Ritratt: Repubblika)

Koalizzjoni ta’ 17-il organizzazzjoni ċivili ħabbru demostrazzjoni nazzjonali l-Ħamis li ġej, sforz l-aħħar andamenti fl-inkjesta Vitals.

Jindirizza l-ġurnalisti quddiem il-Qorti t-Tlieta filgħodu, l-eks President ta’ Repubblika Robert Aquilina qal li t-tema magħżula hija “Ningħaqdu għal Malta Nadifa.”

“Ejja ningħaqdu biex inaddfu pajjiżna mil-abbuż u l-qerq, ejja ningħaqdu biex nassiguraw li kulħadd jitqies l-istess f’għajn il-liġi,” Aquilina qal imdawwar minn NGOs oħra.

Id-demostrazzjoni se tibda quddiem it-Teatru l-antik, fis-6:30pm, u timxi għal quddiem il-bini tal-Qorti fejn hemm isiru xi diskorsi.

Minkejja t-talba ta’ Repubblika fl-aħħar snin għar-riżenji ta’ bosta persuni, l-NGOs għalissa qed jitolbu biss ir-riżenja immedjata tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Edward Scicluna.

Is-17 -il għaqda li jagħmlu parti minn din il-koalizzjoni huma:

Repubblika

UHM

Aditus

KSU

Occupy Justice

Vuċi Kollettiva

Fondazione Falcone

SOS Malta

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

manueldelia.com

ICT Students’ Association

Medical Biochemistry Students Association

Media & Knowledge Sciences Association

jef Malta

SDM

PEN Malta

Moviment Graffitti

More in Politika