Is-segretarju ġenerali ta’ ABBA Simon Elmer, pubbikament għaddeb lill-mexxej u l-fundatur tal-partit stess Ivan Grech Mintoff, wara l-protest ġudizzjarju mressaq minn Grech Mintoff fil-bidu tax-xahar.
Grech Mintoff qed jitlob fil-Qorti apoloġija mill-Awtorità tax-Xandir, wara li s-CEO tal-awtorità ma ħallitux jidħol għal dibattitu televiżiv, bil-bajd.
Huwa ressaq il-protest ġudizzjarju, bħala “mexxej u repreżentant ta’ ABBA,” iżda s-Sibt filgħodu, il-partit qal li huwa m’għandux x’jaqsam mal-battalja legali tal-mexxej tiqgħu, u talab lil kandidati ma jużawx “il-kandidatura tagħhom jew lil partit għal użu personali.”
F’stqarrija, iffirmata mis-segretarju ġenerali, ABBA qal li Grech Mintoff ressaq il-protest f’ismu, u mhux f’isem il-partit.
"ABBA ma ressqet ebda protest ġudizzjarju kontra s-CEO tal-Awtorità tax-Xandir, kif irrappurtat fil-midja," kiteb Elmer, "la kellu u lanqas m'għandu xi involviment" fil-kwistjoni.
Grech Mintoff waqqaf ABBA fl-2021 u mexxa l-partit hu. Il-kampanja tiegħu bħala kandidat għall-MPE għall-elezzjonijiet li ġejjin tat-8 ta’ Ġunju kienet ikkaratterizzata minn sensiela ta’ stunts tiegħu jitfa’ bajd mal-art.