L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u dawk Ewropej qegħdin f’ħoġor il-bieb, iżda l-Partit Laburista xorta rnexxilu jkabbar bi ftit d-differenza bejnu u bejn il-Partit Nazzjonalista.
Sondaġġ tal-MaltaToday qed jissuġerixxi li d-differenza bejn il-partiti issa telgħet għal 24,262, minn 21,539 f’Mejju li għadda.
Din iż-żieda hija riżultat ta’ nuqqa ta’ appoġġ fil-Partit Nazzjonalista, ikkumparat mal-appoġġ fil-Partit Laburista, li ma żdiex, iżda ma naqqasx.
Fil-fatt l-appoġġ fil-PL baqa’ stabbli (50.7% issa, 50.8% f’Mejju), waqt li tal-PN niżel minn 42.4% għal 41.4%.
Intant, l-appoġġ fil-partiti ż-żgħar u l-indipendenti telgħa, minn 6.8% għal 7.9%
L-aħar sondaġġ li sar minn Maltatoday, seħħ f’perjodu ta’ ġimgħatejn, bejn it-22 ta’ Mejju u l 4 ta’ Ġunju. Dan il-perjodu kien wieħed jaħraq, hekk kif l-inkjesta maġisterjal ġiet ippublikata sħiħa mill-istess sit.
Għaldaqstant, minkejja l-inżul u tlajja fir-riżultati, is-sondaġġ mhux juri ċaqliq kbir fin-numru li se joħorġu jivvotaw, bil-persentaġġ jibqa’ ta’ 69.9%.