Shhhh.. illum Jum is-Silenzju
Mat-tokki ta’ nofsillejl Malta daħlet f’Jum is-Silenzju, 24 siegħa ta’ riflessjoni qabel ma għada l-pubbliku jixħet il-vot
More in Politika
Mat-tokki ta’ nofsillejl Malta daħlet f’Jum is-Silenzju, 24 siegħa ta’ riflessjoni qabel ma għada l-pubbliku jixħet il-vot
Mat-tokki ta’ nofsillejl Malta daħlet f’Jum is-Silenzju, 24 siegħa ta’ riflessjoni qabel ma għada l-pubbliku jixħet il-vot.
Malta flimkien ma’ disa’ pajjiżi oħra, fosthom Ċipru u Franza, tagħmel 24 siegħa qabel il-votazzjoni ma titkellimx u xxerridx materjal li jsita’ jinfluwenza l-vot.
Dan jiġi osservat l-aktar fuq ix-xandir, grazzi għal regoli stretti osservati mill-Awtorità tax-Xandir.
Għada is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, Malta mbagħad tmur tivvota f’żewġ elezzjonijiet; dik li telleġġi is-sit membri għall-pARLAMENT ewropew, u dik li tara membri ġodda f’kull Kunsill Lokali f’Malta.
Il-kampanja din is-sena kienet ħames ġimgħat, bil-partiti politiċi jagħmlu li jistgħu sabiex jiġbdu lejhom il-votanti, speċjalment dawk li għadhom fid-dubju lil min se jivvotaw.
Iż-żmien allokat għal ġbir ta’ voti għalaq il-Ħamis, filwaqt li l-votazzjoni ilu għaddej mis-Sibt, għal dawk li mhux se jkunu jistgħu jivvotaw għada.
Il-postijiet tal-vot jiftħu nhar it-8 ta' Ġunju fis-7am, u jagħlqu fl-istess jum fl-10pm. Il-post ta' fejn inti obbloigat tmur tivvota huwa mniżżel fuq id-dokument li ġbart jew ingħatajt mill-pulizija fl-aħħar ġimgħat.
Il-post tal-vot, jiddependi fuq il-lokalità fejn inti toqgħod, u ġeneralment ikun fl-iskola primarja tar-raħal jew belt.
Ma tistax tuża l-karta tal-identità jew tal-liċenzja biex tivvota. Meta tmur tivvota inti trid tieħu miegħek id-dokument tal-vot. Mingħajru ma tistax tivvota.