Id-Deputat Mexxej Daniel Micallef jirriżenja mill-Partit Laburista
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef iħabbar ir-riżenja tiegħu fuq il-midja soċjali
More in Politika
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef iħabbar ir-riżenja tiegħu fuq il-midja soċjali
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef għadu kif jirriżenja mill-Partit Laburista.
"M’għandiex bżonn li jkolli kariga biex nibqa' nagħti sehmi lill-Partit u ngħin lill-Mexxej Robert Abela," Micallef qal fuq il-midja soċjali tiegħu t-Tlieta filgħodu.
Sorsi qrib il-gazzetta qalu li Micallef ħabbar ir-riżenja tiegħu f'laqgħa turbolenti li l-partit kellu t-Tnejn filgħaxija wara elezzjoni li rat lil Partit Laburista jitlef iktar minn 30,000 vot f'sentejn u nofs.
Intant, huwa ta x'jifhem li din id-deċiżjoni hija motivata minn ċirkostanzi personali.
Micallef qal fuq Facebook li d-deċiżjoni kien ħadha sentejn ilu, u li l-Prim Ministru kien jaf li wara l-elezzjonijiet Ewropej huwa kien se jieġu pass lura.
"Fil-fatt fl-attività tal-Erbgħa l-għadda f’Rahal Gdid, tajt ħjiel tat-tiġdid li hemm bzonn, fejn stqarrejt li ‘illum haw jien, għada jkun haw ħaddiehor’ – u dan għidtu qabel l-elezzjonijiet tas-Sibt," huwa żied jgħid.
Micallef, perit, kien serva bħala l-President tal-Partit Laburista qabel Ramona Attard, iżda sar Deputat Mexxej fl-2020, pożizzjoni li hu ħa wara Chris Cardona.
Sorsi qalu li din mhux l-unika sħaba griża li se jara l-Partit Laburista, bil-biża li l-partit tilef xi saħħa li kellu fil-Kunsilli Lokali.