Il-Partit laburista qatt ma s-sottovaluta l-preżenza politika ta’ Roberta metsola fil-Partit Nazzjoanlista, tgħid Ramona Attard, iżda “fl-aħħar minn l-aħħar tilfu.”
“Iva jidher li attirat ċertu voti, iżda jidher li ma attiratx biżżejjed biex trebbaħ lil Partit Nazzjonalista,” Attard qalet it-Tnejn filgħaxija.
Twieġeb għal mistoqsija dwar it-telf straordinarju ta’ voti, Attard qalet li t-telfa hija tal-PN, għax “Roberta Metsola u Bernard Grech f’daqqa ma għamlux biżżejjed biex jirbħu lill-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.”
Hija rrikonoxit li għalkemm il-Partit Laburista rebaħ, b’distakk ta’ ikatr minn 8,000, iżda qalet li ċertament ħassitha “diżpjeċuta”.
Tirreferi għaż-żieda ta’ voti li rċievew il-kandidati indipendenti, Attard qalet li dik weħidha hi wkoll tgħalima.
Mistiqsiha dwar x’seta’ wassal għat-telf signifikanti ta’ voti, Attard qalet li hemm bosta affarijiet.
Semmiet li hemm persuni li ħassewhom imwarrba, minħabba li l-partit forsi ma għinhomx biżżejjed.
Hija tkellmet fuq esperjenza ta’ xwejħa li kellmet, li mhux biss tħossha diffiċli tgħix fir-raba’ ta’ sular ta’ binja bla lift, talli ma tistax tara lin-neputi tagħha minħabba li anke hu jagħmel użu minn siġġu tar-roti.
“Mela nifimhomx lil dawn in-nies,” Attard qalet, “imma hemm persuni oħra li jitolbuk l-impossibbli, u rridu nifhmu li l-partit ma jistax jaqdik f’kollox.”