Ritratti ta’ stejġ tal-linja magħmul miż-żingu qed jinfirxu madwar il-midja soċjali mhux biss minħabba l-estika iżda wkoll minħabba l-prezz li tħallas għalih.
L-istejġ, fil-qalba ta’ Santa Venera, hu magħmul kompletament miż-żingu, għajr għall-injam li jservi bħala l-bank li fuqu jistgħu jpoġġu l-passiġġieri waqt li jistennew tal-linja.
Dan ġie nstallat ġimgħa qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u Ewropej, u sewa l-Kunsill €19,872.
Dan seħħ permezz ta’ tender li ngħata lil George Vella.
Bosta persuni qablu fuq il-midja soċjali li l-istruttura ma tagħtix kenn biżżejjed mix-xita jew mix-xemx, apparti li l-prezz mħallas għaliha hu “redikolu.”
Jitkellem dwar dan fuq Facebook, id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li “nistgħu nagħmlu l-affarijiet aħjar kieku jkun hemm ftit viżjoni.”
Il-kummenti ta’ Carabott akkumpanjaw żewġ ritratti, wieħed tal-istejġ f’Santa Venera u l-ieħor fl-Olanda.
“Fuq ix-xellug: "bus shelter" ikrah tal-pjanċi tal-ħadid li ma joffri lqugħ ta' xejn. Fuq il-lemin: bus shelters sbieħ f'Utrecht, l-Olanda, li jilqgħu mix-xemx u x-xita, jnaqqsu l-karbonju, jgħinu n-naħal, l-għasafar, il-friefet u l-biodiversita. U aktar minn kollox, huma sbieħ.”
Jaqbel miegħu, id-deputat Nazzjoanlista Adrian Delia, qal li “biċċa tinda taż-żingu swietna 20,000 ewro”.