Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħatar kumitat interim biex "jiżgura kontinwità" fl-MCAST wara t-tneħħija tal-Professur James Joachim Calleja mill-kariga ta’ Prinċipal tal-MCAST.
Il-kumitat se jkun magħmul minn membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST u uffiċjali pubbliċi mis-servizz pubbliku.
Il-gazzetta oħt, MaltaToday, żvelat it-tneħħija ta' Calleja waqt li l-istitut għaddej b'tilwima mal-Malta Union of Teachers bit-taħditiet ta’ ftehim kollettiv wjinżammu wieqfa. Dan kollu ħalla lill-istudenti tal-kulleġġ mingħajr marki tal-eżami.
Iħabbar permezz ta' stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni spjegat li dan il-proċess ta’ tibdil qed isir b’konformità mar-regoli tal-amministrazzjoni pubblika, skont kif ikkomunikat mal-partijiet ikkonċernati f’Mejju li għadda.
Il-kumitat assigura li se joħroġ sejħa għal prinċipal ġdid u jikkordina, flimkien mat-tmexxija preżenti, l-operat tal-MCAST lejn il-ftuħ tas-sena akkademika ġdida.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni rringrazzja lill-Professur Calleja tas-servizz tiegħu bħala Prinċipal tal-MCAST għas-sitt snin li għaddew.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-MCAST hu grat lejn il-Professur Calleja talli mexxa din l-istituzzjoni lejn livelli akkademiċi li sejjaħ “bla preċedent”.