Chris Fearne se jkun qed jmur għand il-Kummissarju tal-Pulizija biex jittieħdu passi kontra min wettaq u ffinanzja “frame up moqżież” dwaru.
Jirreferi għall-istorja ppublikata mill-OCCRP it-Tnejn, Fearne qal li l-fatti żvelati “huma prova ċara u konkreta” li bħala Ministru għas-Saħħa ta’ Malta dejjem kien sod fil-qadi ta’ dmirijietu lejn l-interess nazzjonali.
“Intefqu madwar €6,500,000 biex tiġi ivvintata gidba bi skop malinn speċifiku: biex jien niġi politikament eliminat. Intefqu daqshekk flus maħmuġin biex Chris Fearne jitneħħa min-nofs,” Fearne kiteb fuq Facebook.
Qal li “l-pjan malizzjuż” sar f’żewġ stadji. Qal li l-ewwel għamlu li setgħu biex isibu l-ħmieġ dwaru, u meta ma sabux “għax mhemmx” qabdu u ffabrikaw il-ħmieġ minn żniethom.
Żied jgħid li l-ewwel darba li xi ħaġa simili seħħet, mar għand immedjatament għand il-Kummissarju tal-Pulizija u talbu jinvestiga. “Ma kienx sorprendenti li ma damx ma kkonkluda li din kienet storja vvintata mill-bidu sal-aħħar.”
“Sadanittant, ser inkompli niddefendi u nikkonferma l-integreta tiegħi fil-Qrati tal-ġustizzja.”