Il-gazzetta Illum tista’ tikkonferma li l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri hu interessat biex ikun nominat Kummissarju minflok Helen Dalli fi Brussell. L-aħbar ixxukkjat xi nies viċin Camilleri li kienu taħt l-impressjoni li Camilleri huwa kuntent f’xogħlu bħala Ministru.
Apparti Camilleri, bħala kandidati hemm ukoll il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru Miriam Dalli li huma wkoll interessati fil-kariga.
Jidhru li huma l-persuni l-aktar papabbli għal din il-kariga għalkemm din id-deċiżjoni hija kompletament dipendenti fuq l-eżitu tal-każ kriminali kontra Chris Fearne, li għadu jservi ta’ Deputat Prim Ministru. Deċiżjoni fuq il-każ tiegħu magħruf l-aktar bħala prima facie, hija mistennija fl-24 ta’Lulju. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk il-każ jiddetermina li Fearne m’għandux jitressaq, Fearne jibqa bin-nomina tal-Gvern Malti.