Edward Scicluna jitneħħa mill-bord tal-MFSA

Iħabbar din id-deċiżjoni l-Ħamis filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Edward Scicluna jieħu d-deċiżjoni t-tajba fir-rigward tar-rwol tiegħu bħala gvernatur tal-Bank Ċentrali qabel ma jiltaqa’ l-kabinett it-Tlieta li ġej

L-eks Ministru Edward Scicluna - Ritratt ta' James Bianchi
L-eks Ministru Edward Scicluna - Ritratt ta' James Bianchi

Edward Scicluna se jitneħħa mill-bord tad-diretturi tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, ħabbar il-Prim Ministru nhar il-Ħamis. Dan wara li Qorti kkonfermat li hemm biżżejjed provi kontrih fil-każ tal-Vitals.

“Scicluna mhux se jibqa’ jservi bħala direttur tal-MFSA,” ħabbar Robert Abela f’intervista mal-kap editur ta’ Newsbook Matthew Xuereb. "Hija deċiżjoni li ttieħdet illum u għada se tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern."

Scicluna qed jiffaċċja pressjoni  biex jirriżenja kemm bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kif ukoll bħala membru tal-bord tad-diretturi tal-MFSA, fejn iservi bħala deputat chairperson. Huwa biss l-irwol tal-aħħar li qiegħed fid-diskrezzjoni tal-prim ministru. Huwa biss jista' jitneħħa minn membru tal-bord fuq il-bażi ta' inkapaċità li jwettaq dmirijiet minħabba infermità jew imġieba ħażina.

Abela qal li jemmen li Scicluna se jieħu d-deċiżjoni t-tajba fir-rigward tar-rwol tiegħu bħala gvernatur tal-Bank Ċentrali, u qal li jittama li Scicluna jieħu din id-deċiżjoni qabel ma jiltaqa’ l-kabinett it-Tlieta li ġej.

More in Politika