Rosianne Cutajar lura fil-grupp parlamentari Laburista

Id-deċiżjoni ttieħdet waqt laqgħa tal-grupp parlamentari nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar iżda dan kollu mistenni jiġi formalizzat waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-lejla

Id-Deputati Laburisti qablu li Rosianne Cutajar terġa’ lura fil-grupp parlamentari tal-gvern.

Id-deċiżjoni ttieħdet waqt laqgħa tal-grupp parlamentari nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar.

Sorsi li tkellmu ma’ MaltaToday qalu li d-deċiżjoni mistennija tiġi formalizzata waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-lejla.

Sorsi qrib tal-Gvern qalu wkoll li d-deċiżjoni li jkun diskuss ir-ritorn ta’ Cutajar fil-partit kienet sorpriża għal numru ta’ Membri Parlamentari preżenti għal-laqgħa.

“Ħsibna li se niddiskutu l-bidliet statutorji proposti llejla, iżda f’daqqa waħda bdejna niddiskutu Rosianne Cutajar. F’għajnejja ma jagħmilx sens,” qal MP lill-gazzetta oħt.

More in Politika