David Casa jgħid li wara din mhux se jerġa’ joħroġ

Casa huwa magħruf bħala kritiku kbir tal-Gvern Laburista u wara l-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia sar l-iktar MEP Malti attiv biex iqajjem kuxjenza dwar il-motiv għall-qtil tagħha

David Casa, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista bi storja twila fil-Parlament Ewropew stqarr ma’ kollegi tiegħu li din se tkun l-aħħar leġiżlatura tiegħu fil-Parlament Ewropew. Casa, li meta kien żagħżugħ ma kienx magħruf bħala Nazzjonalist, beda l-karriera tiegħu fl-uffiċċju tal-mibki Guido Demarco. Minn hemmhekk issieħeb mal-PN u kien attiv fil-grupp ‘Iva, Malta fl-Ewropa.’ Kien mill-ewwel kandidati naturali f’isem il-PN u minn dakinhar qatt ma ħares lura u baqa’ jiġi elett f’isem il-PN.   

Casa huwa magħruf bħala kritiku kbir tal-Gvern Laburista u wara l-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia sar l-iktar MEP Malti attiv biex iqajjem kuxjenza dwar il-motiv għall-qtil tagħha. 

Il-PL għamel minn kollox biex jikxef jew jallega stejjer dwar Casa, fosthom allegazzjonijiet dwar l-użu ta’ droga, l-istil ta’ ħajja tiegħu, kif ukoll dwar l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Minkejja kollox Casa baqa’ jiġi elett mingħajr problemi. 

Jekk jirtira, Casa mistenni jkollu mas-70% ekwivalenza tas-salarju preżenti f’pensjoni. 

More in Politika