Il-kodiċi tal-etika maħluq wara l-iskandlu ta' Qatargate fil-Parlament Ewropew ma japplikax għall-president tal-istituzzjoni, Roberta Metsola.
L-Erbgħa, Politico rrapporta li minkejja l-isforzi ta' Metsola biex iżżid it-trasparenza fil-Parlament Ewropew wara l-iskandlu tal-2022 li wera kemm faċilment tista' tinxtara l-influwenza, il-president stess ma kinitx meħtieġa tiżvela ż-żwieġ tagħha ma' Ukko Metsola.
Ukko Metsola huwa lobbyist ewlieni u viċi-president tar-relazzjonijiet governattivi għall-Ewropa u l-Asja-Paċifiku għall-grupp Royal Caribbean. Il-kumpanija hija t-tieni l-akbar kumpanija tal-cruises fid-dinja. In-negozju ta' Ukko huwa wieħed mill-aktar forom ta’ vjaġġar li jagħmlu ħsara lill-ambjent, b'prattiki tan-negozju li poġġew ir-riskju l-klima u s-saħħa pubblika tal-komunitajiet kostali u l-ekosistemi marini.
Politico jirrapporta li r-relazzjoni tal-Metsola kienet miżmuma moħbija mill-pubbliku anke waqt li Ukko kien qed jara kif jinfluwenza leġislazzjoni marbuta mal-klima.
Għalkemm il-koppja ma nstabitx li kienet qed taħbi attivament ir-relazzjoni tagħhom, ir-rapport jinnota li n-nuqqas ta' dikjarazzjoni uffiċjali huwa ta' tħassib u jipproteġihom minn skrutinju pubbliku.
Kelliem għal Metsola ċaħad kwalunkwe kunflitt ta’ interess, u qal, “li tkun miżżewweġ lil xi ħadd f’impjieg ma jikkostitwixxix potenzjal ta’ kunflitt ta’ interess skont ir-regoli tal-Parlament.”
Il-kelliem kompla jgħid li l-kodiċi ta’ etika japplika għall-MEPs b’pożizzjonijiet marbuta ma’ portafolli speċifiċi.
Skont Politico, ir-relazzjoni tal-Metsola ma kinitx magħrufa minn diversi MEPs u uffiċjali tal-UE li tkellmu mal-midja, peress li Ukko stess ammetta li hemm passi li għandhom jittieħdu biex tiġi indirizzata l-kwistjoni.
Huwa kjarifika wkoll li l-koppja ma tħallatx in-negozju mal-ħajja personali, u żied jgħid li minn meta martu saret president tal-Parlament Ewropew, Royal Caribbean ingaġġat lil persuna oħra biex tgħaddi l-lobbying lill-parlament.