Luke Dalli jitlaq mill-ONE, Patrick Dalli jakkuża uffiċjali tal-PL b’'attakk faxist'

Luke Dalli, iben il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli jitlaq mill-istazzjon Laburista, hekk kif missieru jakkuża uffiċjali għolja Laburisti b’‘attakk faxxista’ kontra martu

Luka Dalli, preżentatur maħbub fuq l-istazzjon telviżiv tal-midja Laburista ONE TV, ħabbar illi mhux se jkun qed jippreżenta programmi fl-iskeda li tax-xitwa.

“Hija deċiżjoni iebsa ferm għalija, li wasalt għaliha wara diversi avvenimenti li ġraw fl-aħħar snin, xhur u ġimgħat, però fuq kollox wara konsultazzjoni twila ma l-aktar nies li nħobb f'ħajti,” Dalli kiteb.

Iben il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli, Luke Dalli mexxa għadd ta’ programmi televiżivi u tar-radju fuq l-istazzjonijiet tal-midja Laburista għal dawn l-aħħar 14-il sena.

Qal li minħabba li twieled fil-Partit Laburista, id-deċiżjoni kienet iebsa għalih, iżda jħoss li "kellha tittieħed, u kellha tittieħed issa."

Dalli mhux l-ewwel personalità li ċeda postu fuq il-midja Laburista matul ix-xhur li għaddew. L-eks Sindku Laburista u preżentatur veteran Alfred Zammit ħabbar li se jċaqlaq il-programm televiżiv tiegħu ‘Kalamita’ fuq Smash TV.

It-tħabbira ta’ Luke Dalli tikkoinċidi ma’ rapporti li l-Prim Ministru Robert Abela qed iżomm sod kontra s-suġġerimenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen biex Helena Dalli terġa’ tiġi nominata bħala Kummissarju ta’ Malta. Il-president tal-kummissjoni trid mara tieħu dan l-irwol.

L-ILLUM irrapportat li Dalli allegatament qed tipprova ttellef lil Glenn Micallef, li huwa l-għażla ta’ Robert Abela għal kummissarju. Hija ċaħdet ir-rapporti, u qalet li kellha esperjenza aktar minn biżżejjed biex tkun taf minn fejn oriġinaw ir-rapporti.

Għaldaqstant ir-raġel ta’ Helena Dalli, Patrick Dalli, mar pass oltre u fuq il-midja soċjali allega li żewġ uffiċjali għolja tal-Partit Laburista qed jippruvaw jagħmlu ħsara politika lil martu.

Huwa ddeskrivha l-artiklu bħala “attakk faxxista” kontra “mara li ddedikat ħajjitha għall-Partit Laburista u għall-poplu Malti”.

Dalli semma wkoll l-għajdut li Helena Dalli kellha ċ-ċans tilħaq President ta’ Malta, iżda fl-istess żmien il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien għamilha ċara li l-PN mhux se jaċċetta eks membri fil-Kabinet ta’ Joseph Muscat għal kariga importanti bħal dik.

“Dalwaqt tkunu tafu l-manuvri li saru fil-ħatra tal-President ta’ Malta minn żewġ uffiċjali għolja tal-Partit Laburista biex jagħmlu ħsara lill-kredibbiltà ta’ Helena,” qal Patrick Dalli.

More in Politika