Ic-chairman eżekuttiv ta’ PBS se jkun qed jitlaq mill-irwol, b’mod immedjat, qabel il-ħatra tas-suċċessur tiegħu.
Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qal li t-tluqa ta’ Sammut wasal wara assenza li damet diversi ġimgħat.
Qabel l-elezzjoni tal-2013, Sammut kien magħruf bħala persuna viċin tal-eks ministru tal-finanzi u kandidat għall-mexxej tal-Partit Nazzjonalista, John Dalli.
Sammut ser jibqa' mfakkar għat-tneħħija tiegħu ta’ Norma Saliba – li issa qed tikkontesta għall-kariga ta' president tal-Partit Laburista – minn kap tal-aħbarijiet qabel ma’ ħatar lis-CEO tal-PBS bħala editur reġistrat tal-kamra tal-aħbarijiet. L-emittent nazzjonali għadu bla editur uffiċjali li jmexxi l-kamra tal-aħbarijiet sal-ġurnata tal-lum.
Taħt Sammut, l-istazzjon introduċa żewġ stazzjonijiet ġodda: TVMNews+ u TVMsports. Matul żmienu, PBS baqa' suġġett għal kritika mill-Partit Nazzjonalista għal aħbarijiet “infiltrati bi propoganda Laburista”.
Sorsi mill-gvern qalu lill-ILLUM li għad ma nstabux kandidati biex jissostitwixxu lil Mark Sammut. Rapporti preċedenti li l-kariga kienet se tintlaħaq mill-Kummissarju tal-Films Johann Grech ġew miċħuda.
Meta mistoqsi għal kumment, Grech qal li l-ħatra tiegħu rrappurtata kienet aħbar għalih, u li huwa, "kompletament iffukat fuq l-industrija tal-films."