Seba' snin mill-mewt ta' Daphne Caruana Galizia
Seba' snin ilu mietet il-blogger u ġurnalista Daphne Caruana Galizia fi splużjoni ta’ karozza
minn Marianna Calleja / André Farrugia
Dan l-artiklu kien aġġornat fil-3:36pm bil-kumment ta' IĠM u Moviment Graffitti
Seba' snin ilu mietet il-blogger u ġurnalista Daphne Caruana Galizia fi splużjoni ta’ karozza.
L-isplużjoni seħħet fi Triq il-Bidnija fil-limiti tal-Mosta, ftit il bogħod mir-residenza tagħha u tant kienet qawwija li l-karozza nqerdet għal kollox u spiċċat fl-għelieqi tal-madwar. Caruana Galizia kienet qed issuq il-karozza fil-ħin tal-isplużjoni u ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Tfakkar il-memorja ta' Daphne Caruana Galizia, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, qalet illi fil-kitba tagħha l-ġurnalista "kixfet il-koruzzjoni. Iġġieldet għal verità u l-valuri li jagħmluna Ewropej"
Seven years from the assassination of Maltese journalist #DaphneCaruanaGalizia, @Europarl_EN honours her and her memory.
— Roberta Metsola (@EP_President) October 16, 2024
Throughout her life & in her writing, Daphne exposed corruption. She stood for the truth & for the values that define us as European.
Justice must be served. pic.twitter.com/4RaNIfylU8
"Trid issir ġustizzja," temmet tgħid fuq il-pjattaform 'X'.
'Simbolu tal-kuraġġ u t-tfittxija għall-verità' - Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech l-Erbgħa filgħodu żar is-sit fejn ġiet assassinata Caruana Galizia.
Aktar tard huwa stqarr fuq il-pjattaforma 'X' li "Daphne Caruana Galizia tibqa' simbolu tal-kuraġġ u t-tfittxija għall-verità."
"Illum, f'dan is-7 anniversarju mill-assassinju tagħha, niftakru fil-ħidma tagħha li biddlet lil pajjiżna u rrinforzat ir-rieda tal-poplu Malti u Għawdxi għall-ġustizzja," żied jgħid.
Moviment Graffitti tgħid li l-impunità li qatlet lil Caruana Galizia 'għadha preżenti'
Bl-istess mod, l-NGO Moviment Graffitti tkellmet dwar ir-reżistenza ta’ Caruana Galizia kontra l-poter tul ħajjitha. L-NGO qalet madankollu, li “l-impunità li wasslet għall-qtil ta’ Daphne għadha preżenti sal-lum.”
"L-istess impunità li wasslet għall-qtil ta' ġurnalist hija l-istess raġuni għaliex NGOs bħal tagħna għandhom jibqgħu jiġġieldu kontra deċiżjonijiet li jimxu fuq il-ġid komuni."
IĠM iwissi li 'għadna 'l bogħod minn ġustizzja'
Fi stqarrija l-Istitut Malti tal-Ġurnalisti qal li “għadna ‘l bogħod mill-ġustizzja sħiħa.”
Jirreferi għal falliment sistematiku li wassal għal qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-IĠM qal li jjista’ juke indirizzat biss meta jitwettqu r-rekomandazzjonijiet li ħarġu mill-inkjesta pubblika.
IĠM wissa li l-ġurnalisti u d-dritt tagħhom qed jiġu użati.
“Kmieni din is-sena partijiet mill-midja ġew attakkati, u akkużati inġustament li qed jaħdmu għal “Establishment”. Iktar riċenti, esponenti Laburisti ssuġġerixxu r-ritorn tal-libell kriminals.”
Irreferew ukoll għal ordni tal-Qorti li tipprojbixxi "kitbiet, dikjarazzjonijiet jew diskussjonijiet pubbliċi" dwar il-qtil u l-allegat qattiel, Yorgen Fenech.
“Il-mument li nibdew niddubitaw id-drittijiet agħna huwa l-mument li l-arloġġ jibda jdur lura. Meta nwarrbu dawn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet, nirriskjaw li nrawmu klima ta’ impunità – l-istess klima li ppermettiet il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.”
L-IĠM ħeġġeġ lill-Gvern biex jippubblika l-White Paper tiegħu bir-riformi proposti biex tissaħħaħ il-libertà tal-espressjoni, hekk kif saħaq fuq il-ħtieġa li l-ġurnalisti jiġu trattati b’aktar rispett.
L-ambaxxata Amerikana għal Malta tonora mewt Galizia
L-Istati Uniti jibqgħu impenjati għall-ġustizzja u l-libertà tal-istampa fl-għeluq tas-seba' sena mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, skont dikjarazzjoni maħruġa mill-Ambaxxata Amerikana f'Malta.
Fl-istqarrija, l-ambaxxata kkundannat bil-qawwa l-qtil brutali ta’ Caruana Galizia u tenfasizza l-appoġġ tagħha lil dawk li qed jaħdmu biex jiksbu ġustizzjaiha u jwettqu r-riformi neċessarji.
Qalu wkoll li għalkemm il-ġustizzja għadha diffiċli biex tinkiseb, l-Istati Uniti qed tappoġġja l-isforzi ta' sħab lokali biex tippromwovi ġurnaliżmu responsabbli u tiżgura ambjent sigur għal dawk li jirrappurtaw.