Il-proposta għal Villa Rosa twassal għal garr minn kulħadd inkluż min qed jiżviluppa

L-iżviluppatur Anton Camilleri f’laqgħat ma’ Robert Abela u Bernard Grech

L-atmosfera fil-kabinett tat-Tlieta kienet deskritta bħala stressanti u tqila. Il-Prim Ministru Robert Abela deher skomdu u konċernat u wera dispjaċir ma’ min kien qed jitkellem mal-istampa. Kien hemm kliem ieħor dwar min qed jitkellem dwar ħwejjeġ li m’għandhomx joħorġu fl-apert. Imma mhux id-dwejjaq fost il-Ministri tal-kabinett kien hemm biss, żviluppaturi esprimew tħassib ma’ din il-gazzetta li din id-deċiżjoni singulari biex jinbidel il-Pjan Lokali ta’ Villa Rosa ma tgħin xejn u tkompli tgerfex l-irjus. Kien hemm żviluppatur partikolari li kkummenta: “Mela aħna nonfqu l-belli liri biex nagħmlu l-affarijiet skont il-policy, imbagħad nisimgħu b’din. Mhux biżżejjed li għandna l-media kontrina.” Ieħor qal; “Dan preċedent ikrah.”

Il-ġimgħa l-oħra, il-gazzetta ILLUM tkellmet fuq ix-xokk fil-kabinett għal proposti fil-bidla tal-Pjanijiet Lokali fil-każ ta’ Villa Rosa. Kien hemm min stagħġeb li fid-dawl ta’ tant tħassib dwar l-impatt fuq l-ambjent u l-inkonvenjenza tal-kostruzzjoni l-Gvern joħroġ b’din.

Sadanittant l-iżviluppatur Anton Camilleri kellu laqgħat mal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, kif ukoll ma’ politiċi oħra u diriġenti oħra tal-partit. F’dawn il-laqgħat Camilleri spjega li kien irnexxielu jġib lukanda ta’ kwalità għolja u li joffri disinn aħjar. Camilleri huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-iktar żviluppaturi cash u asset rich fil-pajjiż. Jingħad li huwa l-iktar wieħed b’saħħtu u apparti ż-żona ta’ Villa Rosa, il-kumpanija tiegħu hija l-akbar azzjonist ta’ Manoel Island fejn hemmhekk ukoll hemm proġett kontroversjali.

Intant is-Sibt, wara ġranet ta’ dikjarazzjonijiet nebulużi minn Bernard Grech dwar Villa Rosa, il-PN ħareġ jitkellem jikkritika d-deċiżjoni dwar it-tibdil fil-Pjan Lokali għal Villa Rosa

More in Politika