OCSE: Borg jgħid lir-Russja biex tirrilaxxa tliet kollegi tal-OSCE miżmuma illegalment

Illum tibda f’Malta l-laqgħa għolja tal-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), li se tkompli sal-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru

13:59 Lavrov jgħid li l-għan tal-Ukrajna hu li ‘tibqa' tikkontrolla r-Russja’

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov għamel diskors kontra il-Punent waqt il -Konferenza Ministerjali tal-OSCE f'Malta, fejn attakka s-sistemi tal-alleanzi tal-Punent bħall-NATO u l-Unjoni Ewropea.

"Il-prinċipji ta' Helsinki huma biss kliem vojt għall-NATO u l-UE. Dawn [il-Punent] jistennew li l-oħrajn isegwu dawn il-prinċipji biss sakemm jinqabdu mal-għanijiet tagħhom," qal Lavrov f'diskors tiegħu fil-konferenza.

Lavrov qal li l-għan tal-Ukrajna hu li "tibqa' tikkontrolla r-Russja u tagħtiha telfa fuq il-kamp tal-battalja," u sostna li m'hemmx qasam fl-OSCE fejn ir-Russja tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti”.
Marianna Calleja
13:35
Robert Abela mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken (Ritratt: Facebook/Robert Abela)

Min-naħa l-oħra s-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken ġie milqugħ saħansittra mill-Prim Ministru Robert Abela. F’Kastilja huma tkellmu fuq is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, l-Ukrajna, il-Libja u l-koperazzjoni Trans-Atlantika.
Marianna Calleja
13:26
Ritratt ta’ James Bianchi

Sergey Lavrov jintlaqa' b'ostilità

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja, Sergey Lavrov, wasal f'Ta’ Qali għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-OSCE, fejn kien milqugħ b’ħafna kritika. Il-preżenza tiegħu f'Malta hija sinifikanti, peress li hija l-ewwel vjaġġ tiegħu fi stat tal-UE minn meta r-Russja invadet l-Ukrajina fl-2022.

Il-aħħar darba li Lavrov żar pajjiż tal-UE kienet f’Diċembru tal-2021, meta attenda għall-avveniment tal-OSCE f’Sotokolma, qabel l-eskalazzjoni tal-kunflitt fl-Ukrajina.
Marianna Calleja
13:14 ‘L-Ukrajna biss għandha dritt tiddeċiedi ż-żmien u t-termini tal-paċi’ – Pia Kauma

Matul l-istess sessjoni, Pia Kauma, il-president tal-assemblea parlamentari tal-OSCE, reġgħet għamlet sejħa lir-Russja biex “tirritorna għall-valuri u n-normi internazzjonali li kienet taderixxi magħhom qabel.”

Kauma fakkret li “l-Ukrajna biss għandha d-dritt li tiddeċiedi ż-żmien u t-termini tal-paċi,” filwaqt li insistiet li l-Ukrajna trid tingħata l-ispazju biex tiddetermina l-kundizzjonijiet għal ftehim ta’ paċi.
Marianna Calleja
13:13 Borg jappella lir-Russja biex teħles tliet kolleggi tal-OSCE mimuma inġustament

Fi preżenza tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov, il-Ministru Malti Ian Borg appella lir-Russja biex tirtira mill-Ukrajna. Borg qal li l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) trid taħdem favur “paċi ġusta u dejjiema.”

Matul id-diskors tiegħu, Borg saħaq fuq il-ħtieġa li jiġu meħlusa Vadym Golda, Maxim Petrov, u Dmytro Shabanov, tliet uffiċjali tal-OSCE li ilhom miżmuma mir-Russja mill-April tal-2022.
Marianna Calleja
12:58
Ritratt ta’ James Bianchi Il-Ministru Ian Borg jindirizza it-800 delegat minn 57 pajjiż differenti fl-laqgħa għolja tal-OSCE.
Marianna Calleja
12:53 Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiftaħ l-akbar konferenza ministerjali

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg, fetaħ l-akbar konferenza ministerjali billi qal li għalkemm id-dinja nbidlet minn żmien il-Gwerra Bierda, it-theddid globali qed jerġa’ juri xejriet simili għal dawk ta’ dak iż-żmien.


Fid-diskors tiegħu, Borg iddeskriva dan l-avveniment bħala "mument ta’ kburija" fl-istorja ta’ Malta bħala stat indipendenti għal dawn is-60 sena. Huwa semma wkoll il-Malta Summit ta’ l-1989 bħala punt ta’ riflessjoni importanti, meta l-gżejjer Maltin ospitaw il-President Amerikan George HW Bush u l-Mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev.

Il-laqgħa ta’ dak iż-żmien kienet meqjusa bħala sinjal ċar tat-tmiem tal-Gwerra Bierda bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika.
Marianna Calleja
12:47 F’Ta’ Qali illum qed naraw il-bidu tal-laqgħa għolja tal-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Din se tkompli sal-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru.

Din il-laqgħa, li ssir darba fis-sena fil-pajjiż li jżomm il-presidenza, se tara l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 800 delegat minn 57 stat membru tal-OSCE.
Marianna Calleja

Illum tibda f’Malta l-laqgħa għolja tal-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), li se tkompli sal-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru. Din il-laqgħa, li ssir darba fis-sena fil-pajjiż li jżomm il-presidenza, se tara l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 800 delegat minn 57 stat membru tal-OSCE.

Il-Kunsill Ministerjali se jiddiskuti sfidi importanti relatati mas-sigurtà reġjonali, kif ukoll deċiżjonijiet urġenti dwar il-funzjonament tal-organizzazzjoni. Fost is-suġġetti ewlenin hemm il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja, it-tensjonijiet fl-Iżrael u f’Gaża, kif ukoll żviluppi fl-Asja tal-Lvant.

Din il-laqgħa tikkonsisti wkoll fl-ewwel żjara tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov, fl-Ewropa minn meta bdiet l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022. Preżenti wkoll hemm is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken. Għalkemm l-UE imponiet sanzjonijiet fuq Lavrov, ma ġewx imposti projbizzjonijiet ta’ vjaġġar, sabiex jinżammu kanali ta’ diplomazija miftuħa.

Il-ftuħ uffiċjali jsir illum fil-MFCC, Ta’ Qali, segwit minn żewġ avvenimenti dwar is-sigurtà tal-ġeneri u l-libertà tal-midja. Il-laqgħa tagħlaq nhar il-Ġimgħa, fejn il-Ministru Ian Borg, li jmexxi l-presidenza tal-OSCE, se jindirizza l-konferenza finali.

More in Politika