Restrizzjoni fuq is-sahra tal-Pulizija

Twaqqfu wkoll dawk li jaħdmu bis-sigħat imnaqqsin, fejn l-aktar li japplikaw għalihom huma l-Pulizija nisa

Miżura oħra li hija mmirata biex ikunu ffrankati spejjeż mill-fond tal-Korp tal-Pulizija, hija r-restrizzjoni fuq is-sahra li kienu jaħdmu l-Pulizija. Fost dawk milqutin hemm it-Taqsima tal-ALE, dawk tal-garaxx kif ukoll it-Taqsima tas-Snajja.

Twaqqfu wkoll dawk li jaħdmu bis-sigħat imnaqqsin, fejn l-aktar li japplikaw għalihom huma l-Pulizija nisa ġeneralment minħabba t-trobbija ta’ wliedhom.

Dwar dawn is-sigħat imnaqqsin tqajmet ukoll fil-Parlament meta d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jekk japprovax u jaqbilx mad-deċiżjoni li qed tkun komunikata lil diversi spetturi tal-Korp tal-Pulizija li qed tkun irrifjutata ‘across the board’ kull talba għal ‘reduced hours’.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Carmelo Abela qal li jinsab infurmat li d-deċiżjoni dwar is-sigħat imnaqqsa fil-Korp tal-Pulizija, kif imsemmija fl-interpellanza, ittieħdet minħabba l-ammont konsiderevoli ta’ uffiċjali li jaqgħu taħt dawn il-kundizzjonijiet. Dan qed jikkaġuna problemi fl-amministrazzjoni għat-tqassim tax-xogħol tal-Pulizija, u għaldaqstant dan jitlob li s-sistema tiġi riveduta għal każijiet diġà eżistenti, kull każ jitqies fuq il-merti tiegħu u dan dejjem fil-qafas tal-ħtiġijiet tal-Korp, temm jgħid il-Ministru Abela.

 

More in Qrati u Pulizija