Iweġġa' gravi motoċiklist f'inċident ir-Rabat

Raġel ta' 41 sena jsofri ġrieħi serji wara li kien involut f'inċident tat-traffiku

(Ritratt: Arkivji)
(Ritratt: Arkivji)

Raġel ta' 41 sena weġġa' serjament f'inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tad-8:45pm fi Triq il-Buqana, ir-Rabat.

Fuq il-post issejħu l-pulizija fejn, mill-istħarriġ tagħhom, irriżulta li ir-raġel, li kien qed isuq mutur Kymco Agility, kien involut f'ħabta ma' karozza Kia Avella misjuqa minn raġel ta' 25 sena minn Santa Luċija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadet lill-motoċiklist l-isptar fejn iċċertifikaw li r-raġel weġġa' gravi.

Il-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

More in Qrati u Pulizija