L-Uffiċċju tal-President kkonferma li l-President se tkompli bil-ġurament tal-ħatra ta’ Caroline Farrugia Frendo bħala maġistrat filwaqt li n-nominazzjoni ta’Ingrid Zammit Young ġiet riferita lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kiteb lill-President li tippresjedi fuq il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex isaqsi għal resoluzzjoni bikrija ta’ din il-kwistjoni.
Fl-ittra Muscat qal li l-kostituzzjoni tgħid li membri tal-Kummissjoni għall-Impjiegi m’humiex eliġibbli għal ħatriet f’uffiċċji pubbliċi, iżda d-definizzjoni ta’ uffiċċju pubbliku mhux neċessarjament tinkludi ħatriet fil-ġudikatura.