Ingrid Zammit Young tirtira isimha mill-ħatra ta' Maġistrat

Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tgħid li l-Kostituzzjoni timpiedi lil Ingrid Zammit Young mill-ħatra ta’ Maġistrat

Ingrid Zammit Young
Ingrid Zammit Young

Ingrid Zammit Young kitbet lill-Prim Ministru Muscat biex tirtira isimha mill-ħatra ta' maġistrat. Fl-ittra hi kitbet: "Waqt li ntenni r-ringrazzjament tiegħi lill-Kabinett għan-nomina li għġobtu tagħmlu, irrid nistqarr li in vista tad-dubji li tqanqlu dwar l-eligibbilta tiegħi minħabba l-fatt li jien servejt għal ftit xhur bħala Chairperson tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi, ikun prudenti da parti tiegħi li nirtira ismi."

Aktar kmieni l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tat il-parir tagħha lil Muscat fejn qalet illi “hemm il-possibbilità li jeżisti impediment” skont il-Kostituzzjoni sabiex Zammit Young tinħatar Maġistrat fil-Qrati Inferjuri.

More in Qrati u Pulizija