Żagħżugħ Alġerin ta’ 23 sena li jgħix fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far illum ammetta li seraq 'trolley' mimli affarijiet minn ħanut fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Iż-żagħżugħ li jaħdem f’ristorant kien ġie arrestat mill-Pulizija ftit ħin wara, bl-affarijiet li seraq kienu jammontaw għall-kważi €300.
Il-Qorti semgħet kif iż-żagħżugħ kien wasal Malta b’dgħajsa tliet xhur ilu u kien qiegħed qed jgħix fiċ-ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far.
Huwa ġie mixli b’serq, m'għobdiex l-istruzzjonijiet mogħtija lilu u li kiser il-paċi pubblika.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-Ispettur saħaq li għalkemm iż-żagħżugħ kien ħallas lura il-flus li seraq huwa kien għamel l-ewwel reat tiegħu propju ftit xhur wara li hu ħareġ miċ-ċentru tad-detenzjoni. Għalhekk skontu, "huwa abbuża mill-ġenorożità tal-poplu Malti."
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkundanat lir-raġel is-sentenza sospżia ta’ 20 xahar ħabs sospiża għall-tliet snin.