Argument bejn tliet irġiel fil-Marsa fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu

Bħalissa l-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, qegħdin jinvestigaw allegat argument li seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ filgħodu.

Jidher li l-Pulizija ġew infurmati li f’żewġ postijiet differenti qrib il-‘Park and Ride’ tal-Marsa kien hemm żewġt irġiel mixħuta mal-art b’diversi ġrieħi. Ftit ħin wara daħal fl-Għassa tal-Ħamrun raġel ieħor mimli dmija u ntilef minn sensih.

Dawn it-tlett irġiel ġew identifikati bħala Sirjan ta’ 34 sena, Libjan ta’ 31 sena u Somalu ta’ 30 sena.

Waqt li t-tlett irġiel ittieħdu għall-kura l-Isptar Mater Dei, bdiet l-investigazzjoni biex jiġi stabbilit jekk it-tliet persuni kinux involuti fl-istess każ. Fil-fatt, mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ argument bejn it-tliet persuni f’post fi Triq is-Serkin, il-Marsa fejn allegatament intużat ħadida.

Aktar tard, is-Sirjan ġie ċċertifikat li għandi ġrieħi serai, filwaqt li l-kuundizzjoni taż-żewġ persuni l-oħra għadha pendenti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello, li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Qrati u Pulizija