Inċident tat-traffiku fil-Pietà jħalli mara bi ġrieħi gravi

Il-mara kienet passiġġiera f'waħda mill-vetturi 

Illum, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà. Fi stqarrija l-Pulizija tgħid li marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Fiat 500 misjuqa minn Korean ta’ 40 sena minn San Ġwann u Toyota Corolla misjuqa minn Somalu ta’ 33 sena mill-Fgura.

Fil-Fiat kien hemm ukoll mara ta’ 30 sena mill-Islovakkja residenti San Pawl il-Baħar. Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħadet is-Somalu u l-mara l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ġrieħi tas-Somalu għadhom pendenti. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija